LabelingKennzeichnungÉtiquetageAfmærkningOznačevanjeEtiketteringIt-tabelli

Korrużiv? Irritanti? Jikkawża l-allerġiji? Dan huwa kif inti tagħraf il-perikli għall-ġilda tiegħek!

Kimiċi korrużivi   

Inti tista’ tagħraf kimiċi korrużivi billi inti timxi mal-istampa li tkun stampata fuq il-prodott jew it-tabella tiegħu:

 

 

Stampa ġdida u qadima ta’ kimiċi korrużivi għall-ġilda li juri periklu (xellug: tabella ġdida sa mill-2009; lemin: tabella antika sal-2009) 

 

 

 

Prodotti b’din l-istampa huma korrużivi għall-ġilda u jistgħu jipproduċu “dermatite tal-kuntatt tossika akuta” (infammazzjoni akuta tal-ġilda li titfaċċa f’daqqa waħda)! Ħafna miż-żebgħa tax-xagħar għandhom effett korrużiv fuq il-ġilda u/jew tal-qurriegħa meta dawn jiġu applikati mhux kif suppost jew b’konċentrazzjonijiet eċċessivi. 

 

Kimiċi li joħolqu irritazzjoni 

Inti tista’ tagħraf kimiċi li joħolqu irritazzjoni minn din l-istampa:

 

 

Stampa ġdida u qadima li juri periklu minħabba li din il-kimika toħloq irritazzjoni għall-ġilda (xellug: tabella ġdida sa mill-2009; lemin: tabella antika sal-2009) 

 

 

 

 

Kimiċi li jkunu mmarkati b’dan il-mod jista’ jtebbgħu żżejjed il-barriera tal-ġilda permezz ta’ kuntatt frekwenti jew repetut li jwasslu għall-infjammazzjonijiet tal-ġilda (“dermatite tal-kuntatt kumulattiva sottotossika”).

Min-naħa l-oħra hemm l-eċċezzjonijiet! L-ilma, ix-xampù u kimiċi oħra tat-tindif tal-ġilda jistgħu ikunu wkoll jkunu irritanti jekk użati b’mod repetut anke jekk dawn ma jkollhomx l-istampa. Jew qatt rajt is-sinjal “X” fuq tapp tal-ilma?

 

 

Kimiċi li jikkawżaw allerġiji 

Kimiċi li jikkawżaw allerġiji huma aktar diffiċli li tagħrafhom għax ma humiex immarkati bi stampa. Fit-teorija kważi kull kimika tista’ toħloq allerġija. 

Għalhekk, iż-żebgħa tax-xagħar li tista’ tikkawża l-allerġiji hija pprojbita milli tinbiegħ sa minn Novembru 2011 jew tiġi użata fuq persuni taħt is-16-il sena. Min jipproduċi dawn il-prodotti li jkun fihom kimiċi b’saħħithom li jistgħtu jikkawżaw allerġiji, irid jimmarkhom li huma hekk.