Argumentation trainingArgumentationstrainingEntraînement à l'argumentationArgumentationstræningVadba argumentiranjaArgumentatietrainingDiskussjoni waqt it-taħriġ

Diskussjoni waqt it-taħriġ

L-idejn huma l-aktar għodda importanti għall-hairdresser. Ħafna drabi titieħed for granted li l-idejn sempliċiment “jaħdmu kif suppost”. Imma fix-xogħol ta’ ta’ kuljum, l-idejn huma esposti għal ħafna materjali li jagħmlu ħsara lill-ġilda pereżempju ż-żebgħa tax-xagħar, x-xampù u l-ilma. Għalhekk huwa importanti li l-istudenti tiegħek jipproteġu jdejhom waqt ix-xogħol. L-ilbies tal-ingwanti hija l-aktar miżura protettiva li għandna.Fil-lezzjonijiet inti tista’ titkellem dwar is-suġġett tal-“protezzjoni tal-ġilda”. Diskussjoni waqt it-taħriġ mal-istudenti tiegħek pereżempju role playing, tista’ tgħin lill-istudenti li jiġġustifikaw il-protezzjoni tal-ġilda fil-post tax-xogħol mal-klijenti, mal-kollegi u mal-imgħallem. F’dan il-punt nixtiequ nipprovdulek xi materjal bħala bażi għal dan l-eżerċizzju waqt it-taħriġ:

Hemm raġunijiet validi l-għala l-hairdresser għandu jilbes l-ingwanti minħabba li juża kimiċi li jagħmlu ħsara lill-ġilda. Imma l-istudenti tiegħek żgur li jaħsbu f’raġunijiet għaliex ma għandhomx jilbsuhom. Hawnhekk issib raġunijiet kontra tipiċi:

Fix-xogħol ta’ kuljum, waqt li tkun mal-klijenti, mal-kollegi jew ma’ min jmexxi fis-salon jistgħu jiżviluppaw sitwazzjonijiet fejn huwa essenzjali li inti tkun tista’ tagħti spjega sew fuq is-suġġett tal-“protezzjoni tal-ġilda”. Dawn l-eżempji jistgħu jintużaw għall-prattika fil-klassi pereżempju fuq bażi ta’ diskussjoni jew biex tintroduċi s-suġġett: