ChemicalsChemikalienSubstances chimiquesKemikalierKemikalijeChemicaliënIl-Kimiċi

Il-Kimiċi

Fil-ħarsa ġenerali lejn il-materjali u l-prodotti li taħdem bihom u li inti taf dwarhom mix-xogħol ta’ kuljum,dawn jistgħu joħolqu irritazzjoni tal-ġilda, infammazzjoni jew anke allerġiji.

Sustanzi diterġenti (bħal, sapunijiet jew xampujiet) jwasslu biex jaħslu ż-żejt mill-ġilda. Permezz ta’ dan il-proċess, il-barriera tal-ġilda u l-iskop protettiv jistgħu jsirlhom ħsara. Ġilda niexfa u qxur huma l-ewwel sinjali fejn il-barriera tal-ġilda saritilha ħsara. Imbagħad il-kimiċi li jikkawżaw l-allerġiji bħall-kulur tax-xagħar, ix-xampujiet u l-kimika biex tagħmel il-perm, jistgħu jidħlu fil-ġilda aktar faċilment u jibdew joħolqu reazzjoni allerġika. Mhux dejjem tinħoloq allerġija imma ma tistax tgħid għax meta din titfaċċa tvarja skont l-individwu. 

Biss, hemm kimiċi li ħafna drabi jwasslu għall-allerġiji aktar minn oħrajn. Dawn jinkludu dawk tipikament użati mill-hairdressers bħalma rajna fit-tabella hawn fuq. Allerġeniku komuni huwa l-p-fenilindijamina (phenylenediamine) (PPD), li jinstab f’ħafna miż-żebgħa tax-xagħar ossidizzata u li ħafna drabi toħloq kemm allerġiji lill-hairdressers kif ukoll lill-klijenti.   

Il-prodotti li jagħmlu ħsara lill-ġilda tiegħek jistgħu jingħarfu! Tixtieq tkun taf kif?