Għażiż/a Għalliem/a,
Dan is-sit huwa ddedikat kompletament għall-professjoni tiegħek. L-iskop huwa li jgħinek bħala għalliem/a biex twassal l-informazzjoni b’mod didattiku fuq suġġett bħall-“Ġilda” u l-“Protezzjoni tal-Ġilda” fil-professjoni tal-hairdressing skont il-gruppi li tgħallem. Li tibni bażi tajba, tippermetti lill-hairdresser ikollu karriera sħiħa b’idejn sbieħ u f’saħħithom saħansitra mill-ewwel sena tat-taħriġ. Inti żgur konxju/a li x-xogħol tal-hairdresser jista’ verament jaffettwa l-ġilda!
X’toffri din il-websajt?
Hawnhekk għandek issib informazzjoni u rakkomandazzjonijiet biex tieħu azzjoni dwar “il-ġilda” u l-“protezzjoni tagħha” fil-sengħa tal-hairdressing. Fid-dokument prinċipali inti ssib informazzjoni essenzjali bbażata fuq riċerka xjentifika fuq is-suġġett ta’ “Mard tal-Ġilda kkawżat mix-Xogħol fis-sengħa tal-Hairdressing”.
Issib ukoll logħba mibnija b’moduli ta’ tagħlim li tista’ tintuża fil-klassi matul ġimgħa sħiħa jew tuża partijiet minnha (=moduli) bħala introduzzjoni għal-lezzjoni jew stimulazzjoni waqt il-lezzjoni. Barra minn hekk issib ukoll worksheets u eżempji prattiċi biex jiġu diskussi bħala każijiet jew jiġu rextati bħala role plays.
Inti wkoll tista’ tuża s-sit online waqt il-lezzjoni. Agħti ħarsa lejn is-sezzjoni tal-istudenti. Hawnhekk inti u l-istudenti ssibu tagħlim speċifiku skont il-grupp b’modi ta’ tagħlim interattiv.