Skin protection creamHautschutzcremeCrèmes protectrices de la peauBeskyttelsescreme til hudenZaščitna krema za rokeHuidbeschermende crèmeKrema għall-protezzjoni tal-ġilda print as pdf

Krema għall-protezzjoni tal-ġilda

Hemm diversi krejjem protettivi tal-ġilda għal problemi varji tal-ġilda fil-post tax-xogħol.   

Bħala hairdresser, ħafna drabi inti tmiss l-ilma, l-umdità u jkollok għall-ħinijiet twal idejk fl-ingwanti. Dan ifisser li l-krema li tuża trid tipproteġik mill-ilma u għalhekk ma tħallix il-barriera tal-ġilda tiddgħajjef.   

Il-krema protettiva tal-ġilda għandha tkun applikata mill-inqas 20 minuta qabel ma tilbes l-ingwanti jew qabel mal-ġilda tiġi f’kuntatt ma’ prodotti professjonali ħalli tevita interazzjoni negattiva bejn il-krema u l-materjal tal-ingwanti jew tal-prodotti professjonali.   

Inġenerali: Il-ħafna jgħin ħafna! 

Huwa biss meta inti tapplika sew ammont sostanzjali ta’ krema protettiva tal-ġilda li l-protezzjoni jkollha l-effett kif suppost. Ukoll, inti għandek tapplika mill-ġdid regolarment għax l-effetti tagħha malajr jgħaddi. 

Sfortunatament, il-krejjem ta’ protezzjoni għall-ġilda ma jistgħux jipproteġuk mill-kimiċi bħaż-żebgħa tax-xagħar, il-kimiċi tal-perming u oħrajn li nsibu fis-sengħa tax-xagħar. Ingwanti protettivi biss kif suppost jistgħu jgħinuk kontra dawn.