2. Skin Cleaning2. Hautreinigung2. Nettoyage de la peau2. Hudrensning2. Čiščenje kože2. Huidreiniging2. It-tindif tal-ġilda

It-tindif tal-ġilda

Meta tnaddaf il-ġilda, għandek dejjem tapplika din ir-regola ġenerali: “Kemm jista’ ftit, kemm jista’ jkun neċessarju”. Dan ifisser li l-idejn ma għandhomx ikunu mnaddfa b’kimiċi tat-tindif sakemm ma jkunux maħmuġa jew mtebbgħa. Pereżempju, tnaddaf idejk wara li tkun neħħejt l-ingwanti mhux dejjem neċessarju. 

Meta inti tuża kimiċi biex tnaddaf il-ġilda jew tużhom għall-użu privat tiegħek, inti tixtri prodott li “ma jagħmilx daqstant ħsara lill-ġilda” (skin-friendly), jekk inti toqgħod attent għal li ġej: 

  • Il-valur tal-pH għandu jkun pH-newtrali (madwar 5.5) biex inti ma tgħerrix il-mantell aċiduż tal-ġilda. 
  • Il-prodott ma jkun fih kulur artificiali, fwejjaħ u preservattivi, għax dawn il-kimiċi jistgħu jipprovokaw reazzjoni allerġika.
  • Il-prodott ma jkunx fih sustanzi li jdewbu (solvents) jew li joborxu l-ġilda.

Għandek tnaddaf il-ġilda b’ilma fietel. Wara li tnaddaf idejk, għandek tixxotthom b’tixxju ratba tal-karta. Ma għandek qatt tuża x-xugamani tal-klijenti, għaliex il-fdaliet, pereżempju tal-kimiċi taż-żebgħa tax-xagħar jew tax-xampù li jkunu hemm, jistgħu jagħmlu ħsara lill-ġilda u anke jipproduċu l-allerġiji. Meta tixxotta idejk b’mod goff twassal biex tobrox is-saff ta’ barra tal-ġilda u dan jista’ jwassal biex jagħmel ħsara lill-barriera tal-ġilda.