argument8_mistrust_additional_informationArgument1_Misstrauen_additional_informationArgument8_Les clients sont méfiants_additional_informationArgument8_mistillid_additional-informationArgument_Nezaupanje strank_additional_infArgument8_Wantrouwen van de klanten_additional_informationargument8_"Nuqqas ta’ fiduċja min-naħa tal-klijenti!"_additional_information

"Nuqqas ta’ fiduċja min-naħa tal-klijenti!"

 

"Imma ma nistax nilbes l-ingwanti, ... 

... għax il-klijenti ma jafdawniex meta nuża l-ingwanti!“

 

 


“Bil-kuntrarju! Meta min jaqta’ x-xagħar jaħdem bl-ingwanti, jfisser li għandu ħafna aktar ħila. Wara kollox, it-tobba joperaw bl-ingwanti. U jekk il-klijenti jistaqsuni u ngħidilhom dwar il-protezzjoni tal-ġilda u nurihom il-kompetenza tiegħi fl-istess ħin!”

 

 

L-ilbies tal-ingwanti ma jneħħilekx l-abbilitajiet tiegħek. It-tobba jagħmlu l-operazzjonijiet, fejn huma wkoll għandhom bżonn is-sensittività fis-swaba tagħhom, anke meta jkunu lebsin żewġ pari ingwanti fuq xulxin. Wara kollox, taħdem bl-ingwanti għandha bżonn ħaġa waħda: prattika. L-istudji kollha jaqblu ma’ dan. L-aktar ħaġa important hija li jkollok il-paċenzja miegħek innifsek. 

Jekk il-klijenti jistaqsuk mistoqsijiet diffiċli għaliex il-hairdresser jilbes l-ingwanti, ħafna drabi dan huwa frott ta’ nuqqas ta’ tagħrif. Il-hairdresser li jkun kapaċi jispjega għaliex il-protezzjoni tal-ġilda hija importanti, ikun qiegħed juri l-kompetenza tiegħu/tagħha u kemm din il-professjoni tfisser għalih! 

Bil-ħaqq: hemm ħafna ingwanti li jistgħu jkunu komdi waqt timmassaġġja r-ras u ma “tiġbidx” ix-xagħar. Ippruva qabel fuq kollega!