3) Practice examples: response3) Praxisbeispiel: AntwortExemple pratique: response3) Praktisk eksempel_ response3) Primer iz prakse: response3) Praktijkvoorbeeld: response3) Eżempju prattiku: response

"Biċċa xogħol għall-imgħallem!"

Inti għadek kemm bdejt tagħmel kull xogħol tipiku fix-xogħol tax-xagħar bħal ħasil, qtugħ u tnixxif tax-xagħar. Imma idejk mill-ewwel bdew jaħarquk mal-kuntatt tax-xampù u x-xagħar: saru ħomor u bdew jikluk. 

L-imgħallem tiegħek, Pierre, mhux inkwetat. Meta tistaqsih għall-ingwanti tajbin u krema biex tipproteġi l-ġilda, Pierre iċaqlaq rasu u jgħidlek: “L-ingwanti protettivi u l-krema biex tipproteġi l-ġilda mhumiex neċessarji fix-xogħol tal-hairdresser. Dan il-ftit ilma u x-xampù ma jagħmlux ħsara lil idejk! Hawnhekk għandna, l-aħjar u l-aktar prodotti faċli biex tuża. Barra minn hekk, l-ingwanti u l-krejjem għall-impjegati kollha huma għaljin wisq! Toqgħodx tkabbarha u ħu ħsieb idejk id-dar. Fl-aħħar mill-aħħar inti responsabbli għalik innifsek!”    

Kif se tikkonvinċi l-imgħallem tiegħek?   

“Kuntatt kontinwu mal-ilma u max-xampù waqt ix-xogħol jwassal biex ineħħi ż-żjut li hemm mal-ġilda. U dan jagħmel il-ġilda xotta u bil-qxur maż-żmien. Għalhekk jagħmel ħsara l-barriera tal-ġilda. Ma jagħmilx differenza jekk il-prodotti huma skin-friendly jew ta’ kwalità għolja. Anke l-ilma tixxotta l-ġilda. Ara jdejja huma diġà infjammati u qed jaħarquni. Barra minn hekk tgħallimt li l-hairdressers jkollhom dermatite tal-kuntatt aktar minn ħaddieħor.

Fortunatament, inti mhux korrett meta tgħid li l-ingwanti u l-krejjem jiswew ħafna! Il-verità hija bl-ingwanti int se tiffranka l-flus! Għax jekk jien nimrad b’marda bil-ġilda, dan huwa aktar għali! U attwalment inti bħala l-imgħallem tiegħi, inti risponsabbli għas-saħħa u s-sigurtà tiegħi fuq il-post tax-xogħol!” 

Il-boss tiegħek għadu mhux konvint?