3) Practice examples "Up to the boss!"3) Praxisbeispiel "Chefsache!"3) Exemple pratique « affaire du chef »3) Praktisk eksempel "Chefens ansvarsområde!"3) Primer iz prakse "Šefova stvar!"3) Praktijkvoorbeeld "Dat is een zaak voor de baas!"3) Eżempju prattiku "Biċċa xogħol għall-imgħallem!"

"Biċċa xogħol għall-imgħallem!"

Inti għadek kemm bdejt tagħmel kull xogħol tipiku fix-xogħol tax-xagħar bħal ħasil, qtugħ u tnixxif tax-xagħar. Imma idejk mill-ewwel bdew jaħarquk mal-kuntatt tax-xampù u x-xagħar: saru ħomor u bdew jikluk.

L-imgħallem tiegħek, Pierre, mhux inkwetat. Meta tistaqsih għall-ingwanti tajbin u krema biex tipproteġi l-ġilda, Pierre iċaqlaq rasu u jgħidlek: “L-ingwanti protettivi u l-krema biex tipproteġi l-ġilda mhumiex neċessarji fix-xogħol tal-hairdresser. Dan il-ftit ilma u x-xampù ma jagħmlux ħsara lil idejk! Hawnhekk għandna, l-aħjar u l-aktar prodotti faċli biex tuża. Barra minn hekk, l-ingwanti u l-krejjem għall-impjegati kollha huma għaljin wisq! Toqgħodx tkabbarha u ħu ħsieb idejk id-dar. Fl-aħħar mill-aħħar inti responsabbli għalik innifsek!”  

Kif se tikkonvinċi l-imgħallem tiegħek?