2) Practice examples: response2) Praxisbeispiel: AntwortExemple pratique: response2) Praktisk eksempel: response2) Primer iz prakse: response2) Praktijkvoorbeeld: response2) Eżempju Prattika: response

“Dawk ħmerijiet!“

Marija, kollega ġdida, qabbadtha  taħsel, tnixxef u tiżboħ ix-xagħar kif ukoll l-perming. Hija qed tagħmel dan b’attenzjoni kbira. Il-klijenti huma impressjonati bil-kreattività u l-professjonaliżmu ta’ Marija. Dan l-aħħar, inti ndunajt b’bidliet li saru fil-ġilda tal-kollega tiegħek. Hemm ħmura ċara bejn is-swaba. 

Marija ċċekken l-inkwiet tiegħek u tgħidlek: “dawk ħmerijiet! M’għandi xejn f’idejja. Ma nilbisx l-ingwanti għax ma nkunx nista’ nħoss sew.” 

Kif tista’ tikkonvinċi lil Marija?    

“Marija, għandek bżonn tmur għand tabib tal-ġilda għax anke bidliet żgħar fil-ġilda, bħal ġilda xotta u ħmura trid teħodhom bis-serjetà. Tħallix din il-problem tikber qabel ma’ tkun muġugħa u jkollok qsim u ssir diffiċli għalik biex taħdem! Aktar mal-mard tal-ġilda tinduna bih kmieni u tittrattah, aktar ikun mfejjaq faċilment! Jekk tittrattah minn issa, il-ġilda tiegħek tfieq u terġa’ tiġi għan-normal malajr!

Tista’ tilbes l-ingwanti. Emmini, is-sensittività terġa’ tiġi lura sakemm tidhra! It-tobba joperaw b’żewġ pari ingwanti fuq xulxin – u għandhom bżonn ta’ ħafna sensittività!”     

Marija għadha mhux konvinta?