TraineeAuszubildendeStagiaireTraineeDijakinjaLeerlingenStudenti print as pdf

Gheżież studenti,

Meta għażilt il-professjoni ta’ hairdresser inti għażilt professioni sabiħa ħafna u li għandha diversi aspetti.

Il-kreattività, is-sens tas-sbuħija u l-iżviluppi kontinwi, il-ħila teknika u l-kuntatt kontinwu mal-klijenti huma ftit mill-aspetti li jagħmlu din il-professjoni speċjali ħafna.

Dan is-sit huwa ddedikat kompletament għall-professjoni tiegħek. L-iskop huwa li tgħinek taħdem fil-qasam tiegħek u żżomm idejk sbieħ u f’saħħithom. Forsi inti m’intix konxju minn dan għalissa, imma ix-xogħol tal-hairdresser jista’ verament jaffettwa l-ġilda!

Ħu din l-okkażjoni biex issir taf aktar dwar is-suġġett ta’ “Kif tipproteġi l-ġilda”. Bi ftit ħjiel inti tista’ żżomm il-ġilda tiegħek f’saħħitha tul kemm inti ddum taħdem! Idejn f’saħħithom u attrajenti huma l-għodda l-aktar importanti tiegħek u sempliċiment parti mix-xogħol tiegħek!