Tilbisx ingwanti kontra l-ilma għall-ħinijiet twal!
Ilma mill-glandoli tal-għaraq jinġema fl-ingwanti kontra l-ilma. Eventwalment, idejk issir umda u l-ġilda tintefaħ jew is-saff tal-wiċċ tal-ġilda jintefaħ. Meta l-idejn jinxfu, l-ilma żejjed jevapora u ċ-ċelloli jiċkienu mill-ġdid. Permezz ta’ dan il-proċess l-ispazju bejn iċ-ċelloli u l-ġilda tiġi penetrabbli għall-materjali minn barra. Dan ifisser li wara li tilbes l-ingwanti, il-barriera tal-ġilda hija inqas effettiva u għalhekk inti trid tagħmel attenzioni partikolarment għal dawk il-kimċi li tagħmel kuntatt magħhom. Jekk inti għandek dubju, applika l-krema protettiva t-tajba għall-ġilda immedjatament.
L-ingwanti għandhom jintlibsu biss meta huwa neċessarju. Meta ma jkunx hemm kuntatt ma’ materjali li jirritaw il-ġilda, l-ingwanti għandhom jitneħħew – pereżempju bħal meta inti tkun qed tagħmel l-appuntamenti, tkun qed titkellem fuq it-telefown, eċċ.