Skin barriersHautbarriereLa barrière cutanéeHudens barriereKožna barieraHuidbarrièreBarrieri tal-ġilda

Is-saff qamħi – il-ħajt tal-ġisem tiegħek

Is-saff tal-qamħi huwa is-saff ta’ fuq tal-epidermis u għalhekk huwa is-saff li huwa l-aktar ‘l barra tal-ġisem tagħna. Huwa jifforma barriera protettiva kontra l-kimiċi, l-ilma u l-mikro organiżmi. Fl-istess ħin, huwa jżomm l-ġisem milli jitlef l-ilma. L-għamla tiegħu tixbaħ dik ta’ ħajt, u għalhekk l-istruttura tiegħu hija mqabbla mal-“mudell tal-kantun u t-tajn”. Iċ-ċelloli tal-ġilda jikkorrispondu għall-ġebel filwaqt li x-xaħam bejn iċ-ċelloli jikkorrispondu għat-tajn. 

Is-saff tal-qamħi tagħna għandu wkoll “kisja”. Il-komponenti ta’ din il-kisja jinkludu ilma mill-glandoli tal-għaraq u żejt miċ-ċelloli tax-xaħam. Għalhekk, il-kisja hija msejħa “idrolipida” jew “żlieġa ta’ ilma lipidu”. Din iż-żlieġa ta’ ilma lipidu tirreaġixxi kimikament b’mod ħafif u aċiduz mal-valur tal-pH madwar 5.5

X’inhu l-valur tal-pH u x’inhi l-importanza tiegħu? 

Għaliex huwa importanti li l-ġisem ma’ jitlifx l-ilma?