Occupational skin diseasesBerufsbedingte HauterkrankungenDermatoses professionnellesErhvervsbetingede hudsygdommePoklicne kožne bolezniBeroepsgerelateerde huidaandoeningenMard tal-ġilda kkawżat mix-xogħol

Mard tal-ġilda kkawżat mix-xogħol – biżżejjed biex tagħmel “qabża barra mill-ġilda tiegħek”

Ħafna hairdressers jbatu minn “mard tal-ġilda kkawżat mix-xogħol”. Imma dawn x’inhuma eżattament? 

Il-mard tal-ġilda okkupazzjonali huwa mard tal-ġilda li jkun ikkawżat mill-kundizzjonijiet li fihom wieħed ikun qiegħed jaħdem. 

Attivatijiet marbuta mal-qtugħ tax-xagħar jagħmlu parti mill-“professjonijiet li huma ta’ riskju għall-ġilda”. Dan ifisser li l-hairdressers  huma suġġetti għall-mard tal-ġilda. Dan minħabba d-diversi perikli għall-ġilda (fatturi ta’ riskji).   

Liema huma l-mard tal-ġilda kkawżat mix-xogħol? 

Il-mard tal-ġilda okkupazzjonali huma kważi dejjem dermatitijiet. Id-dermatitijiet huma infammazzjonijiet tal-epidermis u tal-upper cutis li għandhom diversi kawżi:   

  1. Id-dermatitijiet jistgħu jidhru f’daqqa waħda permezz ta’ kuntatt qasir ma’ kimika korrużiva (pereżempju permezz tal-kuntatt mal-idroġenu tal-perossidu). Din hija magħrufa bħala “ekżema tal-kuntatt akuta tossika”. Il-kimiċi li jikkawżaw din it-tip ta’ dermatite iridu jiġu mmarkati ċari.
  2. Dermatitijiet jistgħu jkunu riżultat ta’ kuntatt frekwenti jew repetut ma’ kimiċi li jirritaw il-ġilda ("dermatitijiet tal-kuntatt kumulattivi sotto-tossiċi" jew "ekżemi deġenerattivi”). 
  3. Dermatitijiet li huma relatati mal-allerġiji (“dermatite allerġika tal-kuntatt” jew ACD). Dan ifisser l-ġisem tgħallem jirreaġixxi għall-kimiċi allerġeniċi b’infjammazzjoni tal-ġilda.   

Id-dermatite mhix ikkawżata mill-batterji, l-fungi u l-viruses, li jfisser li dawn ma jittieħdux. Min-naħa l-oħra l-mikrobi malajr jissettiljaw fil-ġilda mħassra.