WaterWasserL'eauVandVodaWaterL-ilma

L-ilma jnixxef il-ġilda

Din forsi tinstema’ bħala xi ħaġa kontradittorja imma din tiġri! 

Il-ġilda, u aktar speċifikament iċ-ċelloli qamħin, jintefħu mill-kuntatt mal-ilma u l-umdità u jżommu ħafna ilma. Għalhekk il-pali ta’ idejk jidhru mkemmxa wara li tinħasel. 

Meta idejk imbagħad ikun f’post niexerf, l-ilma żejjed jevapora u ċ-ċelloli jerġgħu jiċkienu. Permezz ta’ dan il-proċess, l-ispazju bejn iċ-ċelloli jikber u l-ġilda ssir aktar penetrabbli minn kimiċi li jiġu minn barra. Issa, kimiċi li joborxu u li jista’ jikkawżaw l-allerġiji jistgħu jidħlu partikularment fil-ġilda faċilment. 

Fl-istess ħin, aktar ilma jista’ jaħrab mill-ġilda. Il-ġilda tinxef u tinħass niexfa u maqsuma. 

Għalhekk, il-kuntatt frekwenti mal-ilma huwa kawża importanti tal-iżvilupp ta’ mard tal-ġilda kkawżati mix-xogħol u sfortunament dawn ħafna drabi ma nagħtux kashom. Għalhekk huwa essenjali li talterna x-xogħol li jinvolvi kuntatt mal-ilma ma’ attivitajiet li huma xotti kemm jista’ jkun. 

Innota: Meta inti tkun liebes l-ingwanti dan ukoll jitqies bħala “xogħol fl-ilma” għaliex l-idejn ġo l-ingwanti isiru umdi u għalhekk  tiżviluppa kundizzjoni ta’ umdità. Għal din ir-raġuni għandek tipprova tbiddel l-ingwanti ta’ spiss, tagħti lill-ġilda tiegħek waqfa u tipprotegiha bi krema għall-protezzjoni tal-ġilda u b’attivitajiet xotti!