Ikkonvinċi lilek nnifsek u lill-oħrajn
L-idejn huma l-aktar għodda importanti għall-hairdresser. Ħafna drabi titieħed for granted li l-idejn sempliċiment “jaħdmu kif suppost”. Imma fix-xogħol ta’ ta’ kuljum, l-idejn huma esposti għal ħafna materjali li jagħmlu ħsara lill-ġilda pereżempju, ż-żebgħa tax-xagħar, x-xampù u l-ilma. Tinduna meta l-ġilda timrad u tirrealizza li l-ġilda ma hijiex għal dejjem.
Għalhekk, il-protezzjoni tal-idejn waqt ix-xogħol u l-ilbies tal-ingwanti huma importanti għax inti u l-impjegati għandkom bżonn idejn f’saħħithom u sbieħ kuljum!
U għalhekk irridu nġibuk konxju għal-liema raġuni qegħdin ngħidu hekk billi ntuk raġunijiet kontra u sitwazzjonijiet li jiġru ħalli ngħinuk biex tispjega u tiġġustifika l-protezzjoni tal-ġilda tiegħek fix-xogħol tiegħek mal-klijenti u mal-kollegi.