Ħarsa ġenerali għall-fatturi ta’ riskju tipiċi fis-sengħa tax-xagħar
Krejjem b’allergeniċi baxxi mingħajr fwieħa, kuluri artifiċjali jew preservattivi, kimiċi tat-tindif ħfief b’valur pH newtrali għall-ġilda (syndets)
Attività | Prodotti | Li jwasslu għall-fjammazzjoni | Li jwasslu għall-allerġiji | Miżuri tajba għall-protezzjoni tal-ġilda | |
---|---|---|---|---|---|
Ħasil tax-xagħar, Kura tax-xagħar, Hairstyling | Xampù,Tlaħiħ, Conditioner,Toniku, Ġel tax-xagħar, Hair wax | iva | iva | Ingwanti bil-kmiem twal li tużhom darba | |
Kimiċi li jagħtu l-kulur | Kimiċi ta’ Ossidazzjoni, Bliċ, Kimiċi li jiċċaraw il-kulur tax-xagħar (Blonding agents) | iva | iva | Ingwanti li tużhom darba | |
Perms | Likwidu tal-Perm | iva | iva | Ingwanti li tużhom darba | |
Illixxar tax-xagħar (Hair straightening) | Illixxar Brażiljan (Brazilian Straightening) | iva (Bl-“Illixxar Brażiljan” jinħoloq ħruq u riskju ta’ kanċer) | iva | Ingwanti li tużhom darba; Qatt tagħmel l-“Illixxar Brażiljan” għax huwa estremament perikoluż għal saħħtek! | |
Tindif | Kimiċi tat-tindif agents | iva | iva | Ingwanti li tista’ terġa’ tuża | |
Kuntatt mal-għodda tax-xogħol | Pereżempju l-imqassijiet u l-magni għall-qtugħ ix-xagħar | le | iva | Uża għodda li ma fihomx nikil | |
Protezzjoni tal-ġilda | Ingwanti protettivi | le | iva | Uża ingwanti li ma fihomx latex jew kimiċi oħra msejħa accelerators | |
Tindif | Kimiċi ta’ protezzjoni tal-ġilda, kimiċi ta’ tindif tal-ġilda, krejjem biex tieħu ħsieb il-ġilda u krejjem għall-protezzjoni tal-ġilda | iva | iva | Krejjem b’allergeniċi baxxi mingħajr fwieħa, kuluri artifiċjali jew preservattivi, kimiċi tat-tindif ħfief b’valur pH newtrali għall-ġilda (syndets) | |
Il-qtugħ tax-xagħar | Xagħar | iva | (iva, bil-fdal taż-żebgħa fuq ix-xagħar) | Protezzjoni tal-id u żraben magħluqa |
Hemm xi nies li għandhom ġilda ġenetikament sensittiva ħafna u membrana mukuża għall-kimiċi naturali (atopija). Din tista’ tkun manifestata b’infjammazzjoni tal-bronki f’kundizzjonijiet bħal newrodermatite (jew dermatite atopika), hay fever, jew ażżma allerġika. Dawk li huma msejħa “atopiċi” għandhom ġilda aktar sensittiva. Ir-riski imsemmija hawn fuq li ġejjin minn barra jistgħu jagħmlu ħsara aktar maljar f’dawn is-sitwazzjonijiet u għalhekk aktar faċli li jiżviluppaw mard tal-ġilda kkawżat mix-xogħol minn dawn li “mhux atopiċi”.
Persuni atopiċi li jaħdmu bħala hairdressers għandhom jagħmlu attenzjoni partikolari għall-ġilda tagħhom u jipproteġuha u jieħdu ħsiebha konsistentament u kif suppost.