Layers and multitaskingSchichtarbeitUne couche de peauLagvis arbejdeTrdo deloLaag na laagSaffi u diversi funzjonijiet fl-istess ħin

Saffi u diversi funzjonijiet fl-istess ħin

Il-medja tal-qies tal-ġilda hija ta’ 2m2. Fl-istess ħin, kapaċi tagħmel diversi xogħlijiet għax maqsuma fi tliet saffi: il-ġilda ta’ barra (l-epidermis), id-dermis u s-subcutis.  

L-epidermis hija s-saff ta’ barra li jipproteġi l-ġisem mill-elementi ta’ barra. Il-ġilda ta’ barra jew l-epidermis ma għandiex ċirkulazzjoni tad-demm għax l-ewwel ċelloli tad-demm jidhru fid-dermis li tinsab taħtha. Id-dermis għandha diversi strutturi ta’ ċelloli (pereżempju, vini u arterji, għeruq tax-xagħar, glandoli tal-għaraq) u ħafna ħjut elastiċi. Taħt id-dermis hemm is-subcutis, li tikkonsisti f’riservi ta’ sustanzi (tessut ta’ ċelloli taż-żejt) u għandha s-saħħa li tipproteġi l-ġisem kontra l-kesħa u l-pressjoni tal-arja. 

Għaliex bilfors għandna bżonn il-ġilda? 

Il-ġilda hija l-organu tal-kuntatt mal-arja ta’ barra (pereżempju t-temperatura, l-uġigħ). Id-diversi funzjonijiet protettivi tagħha huma importanti. Hija tipproteġi l-ġisem: 

  • Mill-kesħa u s-sħana
  • Mill-pressjoni tal-arja u l-ħbit
  • Mill-ilmaMin-nixfa
  • Mis-sustanzi kimiċi (per eżempju, l-alkali, l-aċidi, l-ilma)
  • Mill-mikrobi (per eżempju, bacteria, fungi u viruses)
  • Mir-radjazzjoni tal-Ultravjola 

Kont taf li l-ġilda hija “it-tabib tagħha nfisha”! 

Għalkemm ma nindunawx, l-epidermis tbiddel lilha nnifsha kontinwament! Din hija xi ħaġa unika u l-ebda organu ieħor ma  jagħmilha b’dan il-mod. 

Fl-aktar parti “baxxa tal-epidermis” hemm is-saff ġerminattiv jew li jifforma l-bażi tad-dermis. Dan huwa fejn iċ-ċelloli l-ġodda (keratinocytes) jiffurmaw bil-qsim taċ-ċelloli. Waqt il-“migrazzjoni” tagħhom lejn l-aktar parti ta’ barra tal-ġilda, huma jinbidlu fil-mod kif jidhru u jiżviluppaw fi stadji bħal “ċelloli imxewka” u “ċelloli ħbub il-qamħ” u finalment jispiċċaw bħal “ċelloli qamħin (corn)” (keratinocytes).   

Kull ġurnata nitilfu miljuni ta’ dawn iċ-“ċelloli qamħin (corn)” mingħajr ma nindunaw. Dan il-proċess insejħulu “desquamation”.   

Bil-ħaqq, dan it-tiġdid komplet tal-epidermis ma jieħux aktar fit-tul milli wieħed jaħseb: Bejn wieħed u ieħor 28 ġurnata, jew 4 ġimgħat!