EmployerArbeitgeberEmployeurArbejdsgiverDelodajalecWerkgeversEmployer

Għażiż/a Employer,

Il-kreattività, is-sens tas-sbuħija u l-iżviluppi kontinwi, il-ħila teknika u l-kuntatt kontinwu mal-klijenti huma ftit mill-aspetti li jagħmlu l-professjoni ta’ hairdresser speċjali ħafna.

Dan is-sit huwa ddedikat kompletament għall-professjoni tiegħek. Huwa intenzjonat li jgħin lil min iħaddem hairdressers biex jagħżel miżuri biex jipproteġi l-ġilda ħalli ngħinuk tikkonvinċi lill-impjegati tiegħek. Għalhekk inti u l-impjegati tiegħek tistgħu taħdmu l-karriera tagħkom kollha b’idejn f’saħħithom u sbieħ. Forsi inti diġà konxju li x-xogħol tal-hairdresser jista’ verament jaffettwa l-ġilda!

X’toffri din il-websajt?

Hawnhekk għandek issib informazzjoni u rakkomandazzjonijiet biex tieħu azzjoni dwar “il-ġilda” u l-“protezzjoni tagħha” fil-sengħa tal-hairdressing. Fid-dokument prinċipali inti ssib informazzjoni essenzjali bbażata fuq riċerka xjentifika fuq is-suġġett ta’ “Mard tal-Ġilda kkawżat mix-Xogħol fis-sengħa tal-Hairdressing”.

Bi ftit ħjiel inti tista’ żżomm il-ġilda tiegħek f’saħħitha tul kemm inti ddum taħdem! Idejn f’saħħithom u attrajenti huma l-għodda l-aktar importanti tiegħek u sempliċiment parti mix-xogħol tiegħek!