Degenerative eczemaDas AbnutzungsekzemLa dermite d'usureNedslidningseksemObrabni ekcemHet degeneratief eczeemL-ekżema deġenerattiva

L-ekżema deġenerattiva (dermatite tal-kuntatt kumulattiva sotto-tossika)

Il-kuntatt repetut (kumulattiv) ma’ kimiċi irritanti għall-ġilda (sottotossiċi) jwassal attwalment għall-“deġenerazzjoni” tal-ġilda u tiddgħajjef il-barriera tal-ġilda. Kimiċi irritanti huma mmarkati, l-ilma, ix-xampù, il-kimiċi għat-tindif tal-ġilda, iż-żebgħa tax-xagħar jew il-kimiċi biex tagħti stil lix-xagħar huma kimiċi irritanti li inti tuża kuljum. 

L-ekżema deġenerattiva tiżviluppa fi tliet fażijiet permezz ta’ effetti repetuti fuq it-tul taż-żmien minn wieħed jew aktar minn wieħed mill-kimiċi irritanti. Permezz ta’ irritazzjoni repetuta tal-ġilda, ħafna mill-mekkaniżmi tal-epidermis u d-dermis li jippruvaw jirriġeneraw il-ġilda, jgħejjew. 

Fl-ewwel fażi, iż-żlieġa ta’ ilma lipidu (il-mantell aċiduż ta’ ġilda) jitneħħa, pereżempju, wara l-ewwel ħasla tal-idejn – b’riżultat li s-saff qamħi jiġi espost. Il-ġilda tiġġebbed u tinħass xotta. Ir-rikostruzzjoni tal-mantell aċiduż naturali tal-ġilda tieħu s-sigħat biex issir. 

Permezz ta’ irritazzjoni kontinwa ġdida, il-ħsara tiżdied biex fit-tieni fażi ż-żejt naturali joħroġ mis-saff qamħi. Permezz ta’ dan il-proċess is-saff qamħi huwa permeabbli għal diversi prodotti professionjali. 

 Meta prodotti professionjali jippenetraw il-ġilda, huma jiltaqgħu mal-“gwardjani tas-siġurtà” tal-ġilda ta’ barra. Dawn huma ċelloli speċjali ta’ difiża tas-sistema immunitarja, imsejħa ċelloli beta jew “Langerhans”. Il-“gwardjani Langerhans” jiġġieldu l-prodotti professjonali. It-tielet fażi, bħala riżultat, tinħoloq fjammazzjoni tal-ġilda. L-ekżema deġenerattiva toħroġ. Il-ġilda tirreaġixxi mal-fjammazzjoni biex tipproteġi lilha nnifsha minn kimiċi barranin li jkunu qegħdin jinvaduha – u li possibilment jagħmlulha ħsara. Dan huwa l-allarm! 

 

Dan iffisser li l-ekżema ma tiżviluppax immedjatament imma hija riżultat ta’ proċess twil li inti tista’ tikkontrolla! Din kif taħdem? Inti tista’ pereżempju, tevita (fejn hu possibbli) kuntatti li jagħmlu ħsara lill-ġilda jew tipproteġi l-ġilda u tuża krejjem għall-protezzjoni tal-ġilda regolarment biex tgħin ir-riġenerazzjoni tal-ġilda! 

U għalhekk huwa ta’ min jieħu ħsieb u jipproteġi l-ġilda anke jekk din mhux dejjem komdu. Għax b’hekk biss inti żżomm il-ġilda intatta u tipproteġiha mill-allerġija.                                

Meta hemm ħsara fil-barriera tas-saff qamħi, l-ekżema degenerattiva tista’ twassal għall-infezzjoni jew sensitizzazzjoni (il-bidu ta’ allerġija) għall-ċerti kimiċi (allerġeniċi).