EmployeeArbeitnehmerEmployéMedarbejderZaposlenWerknemersEmployee

Gheżież Hairdressers,

Il-kreattività, is-sens tas-sbuħija u l-iżviluppi kontinwi, il-ħila teknika u l-kuntatt kontinwu mal-klijenti huma ftit mill-aspetti li jagħmlu l-professjoni ta’ hairdresser speċjali ħafna. 

Dan is-sit huwa ddedikat kompletament għall-professjoni tiegħek. L-iskop huwa li jgħinek taħdem fil-qasam tiegħek u żżomm idejk sbieħ u f’saħħithom. Forsi inti m’intix konxju minn dan għalissa, imma ix-xogħol tal-hairdresser jista’ verament jaffettwa l-ġilda! 

X’toffri din il-websajt? 

Hawnhekk għandek issib informazzjoni u rakkomandazzjonijiet biex tieħu azzjoni dwar “il-ġilda” u l-“protezzjoni tagħha” fil-sengħa tal-hairdressing.Fid-dokument prinċipali inti ssib informazzjoni essenzjali bbażata fuq riċerka xjentifika fuq is-suġġett tal-“Mard tal-Ġilda kkawżat mix-Xogħol fis-sengħa tal-Hairdressing”. 

Bi ftit ħjiel inti tista’ żżomm il-ġilda tiegħek f’saħħitha tul kemm inti ddum taħdem! Idejn f’saħħithom u attrajenti huma l-għodda l-aktar importanti tiegħek u sempliċiment parti mix-xogħol tiegħek!